12/06/10 - BBQ Fil-Port Ta' Mgarr Ix-Xini

BBQ Fil-Port Ta' Mgarr Ix-Xini

29/05/10 - BBQ Go Farmhouse Fix-Xewkija

BBQ Go Farmhouse Fix-Xewkija

16/04/10 - Ikla Fil-Kazin Tal-Banda Tax-Xewkija

IKLA 16-04-10

 

Ikla Fil-Kazin Tal-Banda Tax-Xewkija

30/10/09 - Ikla Fil-Kazin Tal-Banda Tax-Xewkija

Ikla Fil-Kazin Tal-Banda Tax-Xewkija

06/06/09 - BBQ Fil-Port ta' Mgarr Ix-Xini

BBQ Fil-Port ta' Mgarr Ix-Xini

16/05/09 - BBQ Fic-Centru Parrokjali

kzx logo2

Saret appuntament annwali, li fil-gurnata ta’ meta xi kantant Malti jmur jirrapprezentana fil-Eurovision Song Contest, nghamlu BBQ fil-bajja pittoreska ta’ Mgarr ix-Xini u fuq big screen nuru l-istess festival. Din is-sena ma kinitx ser tkun eccezzjoni u l-kumitat beda jahseb biex dan jerga’ jsir bhas-snin ta’ qabel fejn dejjem kien ta’ success. Kollox kien ippreparat, pero minhabba l-elementi naturali gie deciz li l-BBQ ma jigix maghmul kif kien skjedat jigifiri Mgarr ix-Xini, pero nitrasferuh ghac-Centru Parrokjali. Minkejja dan kollu l-attentendenza taz-zghazagh Xewkin xorta kien tajjeb hafna. Il-Kumitat taz-Zghazagh kollu jirringrazzja lil kull min attenda ghal dan il-BBQ u inheggu biex tattendu ukoll ghall-attivitajiet li hemm skjedati fil-jiem li gejjin ta’ qabel il-festa biex bhal dejjem ikollna festa aqwa minn ta’ qabel.

25/04//09 - Gozo Talent Festival 2009

Gozo Talent Festival 2009
13/02/09 - Ikla Fil-Kazin Tal-Banda

kzx ikla 13-2-09 (3)

Ikla Fil-Kazin Tal-Banda
21/08/08 - High Tea Fil-Kazin Tal-Banda

kzx logo2

High Tea Fil-Kazin Tal-Banda
14/06/08 - BBQ Mgarr Ix-xini

BBQ Mgarr Ix-Xini
03/05/08 - Hight Tea Fil-Kazin Tal-banda

High Tea Fil-Kazin Tal-Banda

24/05/08 - BBQ Imgarr Ix-Xini (Eurovision 08)

Ghat-tieni sena konsekuttiva gie deciz biex jigi imtella’ BBQ fil-bajja ta’ Mgarr ix-Xini fid-data li l-maggoranza tal-Maltin ikunu qeghdin isegwu fuq it-televizjoni il-‘Eurovision Song Contest’. L-ghajta ghal din l-attivita kienet ilha tidwi u l-kumitat ghazel biex jissodisfa x-xewqa taz-zghazagh Xewkin. In-nies li attendew ghal din l-attivita kienet ferm numeruza. Gie gharmat big screen fejn stajna nitrasmettu live dan l-avveniment ta’ kant ferm imfittex mill-Maltin. Qabel beda l-festival iccelebrajna flimkien is-sagrificcju tal-quddiesa mill-arcipriet tar-rahal Mons. Carmelo Mercieca u fejn hsieb ta’ riflessjoni ma naqasx

26/04/08 - Gozo Talent Festival 2008

Bhas snin precidenti rega’ gie organizzat dan il-festival ta’ kant u zfin li huwa imnaqqax fil-lista ta’ attivitajiet tal-kumitat. Din l-attivita kienet ferm impenjattiva u li kull membru tal-kumitat hadem b’mod kollettiv biex seta’ ikun success. Minn zmien qabel id-data tal-festival, gew miftuha l-applikazzjonijiet ghal partecipanti kemm ghal dawk li riedu ikantaw kif ukoll jizfnu xi zifna. L-applikazzjonijiet li dahlu tal-participanti kienet ferm tajba. Giet ukoll organizzata laqgha ghall-partecipanti biex jispjegawlhom kif ser ikun imqassam il-festival u kif ukoll gew imtelghin l-poloz ta’ kull kategorija kif sejrin jaghtu l-interpretazzjoni taghhom. Id-data ferm mistennija waslet u dan il-festival gie imtella’ fit-Teatru Govanni fix-Xewkija ghal darbohra. Is-sala kienet mahnuqa bin-nies li attendew ghal dan il-festival. Kull participant li ha sehem f’dan il-festival inghatalu certifikat ta’ tifkira tal-partecipazzjoni tieghu f’dan il-festival. Il-gurija kellhom bicca xoghol iebsa biex jghazlu r-rebbieha ta’ kull kategorija. Lir-rebbieha inghatalhom plakka skond il-pozizzjoni li spiccaw fiha, jigifieri l-ewwel, it-tieni u t-tielet post rispettivament. Kienet inizjattiva ta’ dan il-kumitat biex jintroduci premju specjali ghal minn akkwista l-aktar punti fost il-partecipanti kollha, u dan intlahaq b’mod tajjeb kemm mill-partecipanti nfushom kif ukoll minn nies prezenti. Infatti lir-rebbieh ta’ dan il-premju specjali inghatalu trofew specjali u differenti mill-bqija. Bla dubju ta’ xejn biex dan il-festival seta’ ikun success, ma irridux ninsew milli nirringrazzjaw lid-diversi sponsors li ghenuna biex din l-attivita tikber fil-popolarita taghha. Dawn ta’ l-ahhar dejjem insibuhom hemm jibbekjawna kull meta nigu bzonnhom u mill-qalb nghidulhom grazzi.

18/4/2008 - BBQ imtella’ go Farmhouse

 

L-ewwel tip ta’ attivita’ ta’ din ix-xorta, jigifieri BBQ, gie imtella’ go Farmhouse. Kienet idea ferm originali li s’issa qatt qabel ma giet imtella’ attivita bhal din. Il-konkorrenza taz-zghazagh Xewkin kienet aktar milli mistennija u dan jawgura tajjeb ghal attivitajiet fil-futur qarib li qeghdin fl-imhuh tal-kumitat. Ringrazzjament specjali biex din l-attivita kienet possibli imur ghal Owen Zammit Haber li gentilment offrilna il-post fejn stajna nallokaw dan il-BBQ. Minbarra dan ta’ l-ahhar, ringrazzjamenti ohrajn imorru ghal dawk nies li attendew f’din l-attivita ghax minghajrhom m’ahna xejn u li b’koperazzjoni bejn iz-zewg partijiet inkomplu insahhu l-festa, li tant hi ghal qalbna, aktar minn qatt qabel.

19/03/2008 – Coffee Morning fis-Sala tal-Kazin tal-Banda Prekursur

19-3-08-Coffee Morning fis-Sala tal-Kazin tal-Banda Prekursur

Is-sala tal-kuncerti tal-Banda Prekursur hadet irwol mhux tas-soltu, fejn fiha gie organizzat coffee morning. L-istess sala kienet mahnuqa bin-nies, l-aktar nisa, jilghabu t-tombla, jieklu u jixorbu u ovjament xi kelma l’hawn u l’hemm ma tonqosx. Il-membri tal-kumitat taz-zghazagh kienu hemm jaraw li n-nies prezenti ma jonqoshom xejn u jqasmu l-ikel fejn mehtieg. Minbarra t-tombla kien hemm diversi spot-prices biex jigu imtella’ ghan-nies prezenti. Ringrazzjamenti partikolari jmorru ghas-sotto kumitat tan-nisa fi hdan il-Banda Prekursur li ghenu mhux ftit biex dan il-coffee morning ikun success u kif ukoll ukoll lill-Kumitat Generali tal-Banda Preskursur talli gentilment selfuna s-sala biex stajna norganizzaw din l-attivita.

30/11/2007 – Ikla fil-Kazin tal Banda, b’rizq il Kumitat tax-Xewkija

Banda - KZX

Ix-xahar ta’ Novembru ghalaqnieh b’ikla fil-kazin tal-Banda Prekursur. Bhala turija ta’ rispett u apprezzament f’din l-ikla gew mistiedna b’mod formali l-kumitat tal-Banda Prekursur fosthom il-President, is-Segretarju, l-kaxxier u l-membri l-ohra tal-kumitat. Ghalkemm il-kumitat taz-zghazagh jaqa’ ukoll taht il-lenti tal-kumitat tal-banda xorta hsiebna li nkomplu nsahhu r-relazzjoni eccellenti li tezizti bejn dawn iz-zewg protagonisti. L-apprezzament taghna lejn dawn l-individwi lahaq il-klajmaks tieghu meta kollha kemm huma kienu prezenti ghal din l-ikla fil-premisis li wara kollox it-tnejn li ahna qeghdin nahdmu ghal ghan wiehed pero’ b’perspettivi differenti. Barra minn dawn l-ikla kienet ukoll miftuha ghal kulhadd u anke hawn il-konkorrenza tan-nies kienet accettabli ferm.

23/11/2007 – Hightea B’risq il-Kumitat

kzx logo2

Biex aktar insahhu l-partecipazzjoni tan-nies adulti fl-attivitajiet tal-kumitat taz-zghazagh, gie organizzat ‘Hightea’ f’lukanda ewlenija fir-Rabat Ghawdex. L-ghan ewlieni ta’ din l-attivita kienet biex il-qliegh kollu imur ghall-ispejjes tal-marc tal-hdax li nafu naghmlu ahna x-Xewkin. Il-partecipazzjoni kemm taz-zghazagh u kif ukoll tan-nies ingenerali kienet aktar milli mistennija. Sahansitra stajna ninnutaw nies li gejin minn irhula differenti. Ittellghu diversi spot-prices kif ukoll it-tombla ma’ tonqosx f’dawn it-tipi ta’ attivitajiet. Il-premju ta’ l-ahhar tombla kienet somma konsiderevoli li nizlet ghasel man-nies prezenti. Ringrazzjament specjali biex dan il-‘Hightea’ ikun success imur ghas-sotto kumitat tan-nisa fi hdan il-banda Prekursur kif ukoll ghad diversi sponsors mix-Xewkija li taw il-kontribut taghhom. Grazzi specjali ghal dawn ta’ l-ahhar li minghajrhom ahna ma inkunu nistghu naghmlu xejn.

15/09/2007 – BBQ wara il-Knisja tax-Xewkija

kzx logo2

Is-Sajf beda jimbaram gmielu u maghhom ukoll il-granet shan u ghalhekk gie konkluz biex isir l-ahhar BBQ ghal dawn iz-zminijiet ghalina z-zghazagh Xewkin. Ghal dan il-BBQ partikolari gie deciz li nipruvaw naqtghu mir-rotina ta’ kuljum li dan isir hdejn il-bahar u ghalkemm il-konkluzzjoni waqghet fuq il-pjazzetta li hemm wara l-knisja Rotunda tax-Xewkija. Intlaqghet tajjeb din l-attivita kemxejn differenti mis-soltu. Infatti, seta’ jigi nnutat l-ammont imdaqqas ta’ nies aktar imdahhlin fiz-zmien li gew jieklu u jiehdu gost maghna z-zghazagh. L-ambizzjoni taghna giet fis-sehh ghax xtaqna li mhux zghazagh biss jippartecipaw fl-l-attivitajiet imma aktar nies imdahhlin fiz-zmien. Kulhadd kiel u xeba u flimkien hadna gost
16/07/2007– Ikla ghall-membri tal-kumitat wara il-festa

kzx logo2

Kien proprju ftit zmien wara il-festa tal-patrun taghna, fejn wara tant sforz u hila bdew jingabru l-armar tal-briju li uzajna u tajna pjacir lin-nies li attendew ghal marci brijuzi taghna. Bl-energija li kien fadlilna intghazlet din il-gurnata biex flimkien , jigifieri l-membri tal-kumitat, jaghmlu ikla bejniethom bhala turija ta’ rispett u ghaqda kbira ta’ bejniethom. Dawn huma ftit mumenti fejn l-istess membri tal-kumitat jinghaqdu flimkien u jitkellmu bhala verament hbieb u jitfghu fil-genb ghal dik il-gurnata l-irwolijiet li kull wiehed ghandu fi hdan il-kumitat.

11/05/2007– BBQ Mgarr ix-Xini

kzx logo2

Dan kien l-ewwel BBQ li ghamilna f’dawn il-btajjel tas-Sajf. Il-konkorrenza ghal dan il-BBQ kienet ferm inkoragganti ghax ghalkemm kien fadal ftit aktar minn xahar ghall-festa titulari ta’ San Gwann il-Battista, kulhadd beda jidhol fl-ispirtu festiv. Attrazzjoni principali f’din l-attivita kienet li fuq ‘Big Screen’ gie trasmess live l-‘Eurovision Song Contest’. Din kienet idea ferm originali bl-amalgamazzjoni tal-BBQ flimkien ma’ trasmissjoni diretta li kienet il-qofol f’dik il-gurnata partikolari. Aktar attivitajiet u ideat bhal dawn bdew jigu dibattiti biex kemm jista’ ikun is-Sajf nimlewh b’attivitajiet biex aktar nghaqdu z-zghazagh Xewkin flimkien, u ghaliex le liz-zghazagh ta’ diversi lokalitajiet f’Ghawdex.